Futbol Sport

Manchester City fis-semifinali tal-League Cup wara l-għoti tal-penalties

Il-plejers ta' Manchester City jifirħu wara li Bravo salva l-aħħar penalty (Ritratt: Manchester City)

Manchester City għaddew għas-semifinali tal-League Cup wara li eliminaw lil Leicester bl-għoti tal-penalties wara li l-logħba fi tmiem il-ħin barrani kien 1-1. Iż-żewġ timijiet ma ħarġux bl-aqwa formazzjoni tagħhom.

Bernardo Silva poġġa lil Man City fil-vantaġġ fis-26 minuta meta rċieva mingħand Ilkay Gundogan u b’xutt fil-baxx mill-kaxxa għeleb lil Ben Hamer. Leicester ġabu d-draw fis-97 minuta tal-ħin regolamentari meta ġie ordnat penalty għal fawl ta’ Kyle Walker fuq Demarai Gray, b’Jamie Vardy ikompli l-logħba fil-ħin barrani, li iżda l-iskor baqa’ ma nbidilx.

L-għoti tal-penalties saru bis-sistema ABBA jiġifieri li minflok jingħataw penalty kull tim, wara l-ewwel penalty, it-tim l-ieħor jagħti tnejn konsekuttivi. Christian Fuchs skorja għal Leicester, Ilkay Gundogan u Yaya Toure skorjaw għal Man City. Harry Maguire u Vicente Iborra skorja għal Leicester biex għamlu l-iskor 3-2, b’Lukas Nmecha u Gabriel Jesus ipoġġu lil Man City fil-vantaġġ. Iżda Jamie Vardy falla għal Leicester bix-xutt jaħbat mal-wieqfa, biex ix-xutt sussegwenti ta’ Riyad Mahrez kien salvat mill-gowlkiper Claudio Bravo.

F’logħba oħra mill-istess kompetizzjoni, Arsenal għelbu 1-0 lil West Ham bil-gowl li ddeċieda l-partita jasal minn Danny Welbeck fit-42 minuta.

Għada

Chelsea v Bournemouth  8.45pm

Bristol v Man United       9.00pm