Ewropa Internazzjonali

Passi bla preċedent mill-UE kontra l-Polonja

Il-Kumissjoni Ewropea tat bidu għal miżuri dixxiplinarji bla preċedent kontra l-Polonja. Dan minħabba riformi fil-qrati li qed jagħmel il-Gvern u li ħafna jemmnu, kemm fil-Polonja kif ukoll barra, li qed jipperikolaw is-saltna tad-dritt fil-pajjiż. L-Unjoni Ewropea qalet li 13-il liġi ġdida li f’sentejn introduċa l-Gvern Pollakk wassal biex hu issa jista’ jindaħal sinjifikament fil-ġudikatura. Imma l-Gvern Pollakk qed igħid li dawn il-bidliet huma meħtieġa biex jikkumbatti l-ineffiċjenza u l-korruzzjoni. Issa, il-Polonja ngħatat tliet xhur biex tindirizza l-ilmenti tal-Unjoni Ewropea.