Is-Sotto Kumitat tal-Armar bl-għajnuna tas-Sezzjoni Żgħażagħ Pawlini fi ħdan il-Każin Banda San Pawl f`Ħal Safi qed itellgħu Presepju ħaj, animat miż-żgħażagħ stess, fiċ-Centru Parrokkjali ta’ Ħal Safi li jinsab f’Misrah San Guzepp.
Il-Presepju se jiġi ingawgurat illejla wara l-Quddiesa tan-Novena tal-Avvent li se tkun fis-6.30pm, fejn imbgħad wara sseħħ ‘La Posada’ li hija purċissjoni qasira fejn Ġużeppi u Marija jfittxu l-kenn fid-djar sakemm din twassalhom għall-kenn tal-Presepju, il-villaġġ sabih ta’ Betlehem li krejaw iż-żgħażagħ ta’ dan ir-raħal.
Din il-wirja tal-Presepju Ħaj se tkun miftuħa sat-30 ta’ Diċembru.
//= $special ?>