Il-Gvern Amerikan neħħa mblokk li kien ilu fis-seħħ għal dawn l-aħħar tliet snin dwar il-ħolqien ta’ viruses letali fil-laboratorji. Dan peress li ntqal li l-benefiċji potenzjali li wieħed ikun jaf dwar dawn il-viruses kien jegħleb il-perikli li seta’ kien hemm. Il-projbizzjoni kienet daħlet fis-seħħ wara ksur tal-miżuri ta’ sigurtà f’istituzzjonijiet federali rigward l-anthrax u l-influwenza tat-tjur. Issa iżda se jkun hemm panel xjentifiku li jrid jagħti l-kunsens qabel ma jkunu jistgħu jsiru esperimenti. Kritiċi qed igħidu li hemm periklu kbir li b’dan il-pass tinħoloq xi epidemija b’mod aċċidentali. Dawk favur qed isostnu li l-Istati Uniti m’hix preparata għal epidemija ta’ xi virus perikoluż.
//= $special ?>Se jkunu permessi esperimenti fuq virus perikolużi
20 ta' Diċembru 2017

You may also like
AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES

