Lokali

Tissokta l-ħidma għall-Istrina 2017

Tissokta l-ħidma għall-Istrina 2017 hekk kif issa għaddej ix-xogħol bl-aħħar preparazzjonijiet lejn din l-attività annwali b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca żaret dan ix-xogħol u ltaqet mal-ħaddiema li uħud ilhom ġimgħat jippreparaw għall-Istrina. Tajjeb li nsemmu li l-attività tal-Istrina saret attività li tibqa’ għaddejja tul is-sena kollha, b’attivitajiet speċifiċi li jgħinu fil-ġbir tal-fondi għal din l-attività.
L-għan ewlieni huwa li jinġabru kemm jista’ jkun fondi biex bl-għan li jkun hemm għajnuna lil min ikun fil-bżonn.

Il-Fondazzjoni tal-Community Chest Fund matul is-sena tagħti għajnuna lil nies bi problemi ta’ saħħa, dawk bi problemi soċjali, nies b’diżabilità, u familji li jkollhom tfal li qed jieħdu terapija fost oħrajn.

Is-somma li nġabbret is-sena l-oħra kienet ta’ madwar 5.5 miljun ewro. L-organizzaturi kollha fi ħdan l-Istrina qed jittamaw li din is-somma tibqa’ tiela biex l-Malta Community Chest Fund tibqa għaddejja fil-ħidma tagħha.