Futbol Sport

Bristol City kontra Man City fis-semifinali tal-League Cup

Bobby Reid jifraħ ma' sieħbu wara li eliminaw lil Manchester United (Ritratt: EPA)

Manchester City se jilqgħu lil Bristol City fl-ewwel leg tas-semifinali tal-League Cup, filwaqt li fil-logħba l-oħra Chelsea se jilagħbu kontra Arsenal. Il-poloz telgħu wara l-partiti tal-Erbgħa filgħaxija, bl-aktar logħba li tispikka tkun ir-rebħa sorpriża ta’ 2-1 ta’ Bristol City fuq Manchester United, b’gowl fit-93 minuta ta’ Korey Smith. It-tim ta’ Guardiola kkwalifika għas-semifinali wara li rebaħ bl-għoti tal-penalties kontra Leicester.

Chelsea kellhom jitħabtu biex għelbu lil Bournemouth 2-1 b’gowl ta’ Alvaro Morata fil-91 minuta, ftit sekondi wara li Dan Gosling kien ġab id-draw għat-tim ta’ Eddie Howe. Arsenal għaddew it-Tlieta filgħaxija b’rebħa fuq ir-rivali minn Londra West Ham 1-0 b’gowl ta’ Danny Welbeck qabel tmiem l-ewwel taqsima.

Il-logħbiet jintlagħbu fit-8 u t-22 ta’ Jannar 2018.