Lokali Unjoni Ewropea

Francis Zammit Dimech parti minn delegazzjoni tal-Parlament Ewropew fis-Sudan

Il-Ewroparlamentari Nazzjonalista Francis Zammit Dimech kien parti minn delegazzjoniji tal-Parlament Ewropew fl-ewwel żjara li delegazzjoni tal-Parlament Ewropew qatt għamlet fis-Sudan.

Francis Zammit Dimech qal li kien privileġġ għalih li fforma parti minn delegazzjoni li tirrappreżenta l-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewropew. Huwa  kompla jsostni li minkejja d-differenzi fit-twemmin fis-Sudan, id-delegazzjoni nnutat li l-pajjiż jgħix f’koeżistenza.

Zammit Dimech qal li bosta inizjattivi bħall-ħelsien tad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem huma meqjusa bħala passi fid-direzzjoni t-tajba. Iżda, Zammit Dimech qal li l-grupp innota li hemm liġijiet restrittivi ż-żejjed f’xi żoni li qed jispiċċaw ixekklu lis-soċjetà ċivili u l-ġurnalisti milli jesprimu ruħhom.

Zammit Dimech qal li jittama li l-Gvern tas-Sudan se jaħdem mill-qrib mal-Unjoni Ewropea sabiex jieħu miżuri xierqa biex jiżgura li jiġu mħarsa d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.