Mietu talanqas 30 persuna fost nirien li qabdu ġo kumpless sportiv fil-belt ta’ Jecheon u li ħallew ukoll numru kbir ta’ midruba. In-nirien bdew fil-kantina tal-kumpless – għoli tmien sulari u li kien jinkorpora gymnasium pubbliku , sauna u ristoranti – bil-fjammi, litteralment ‘jibilgħu’ il-bini sakemm is-sitwazzjoni nġiebet taħt kontroll.
Ħafna mill-vittmi spiċċaw maqbudin f’sauna fit-tieni sular tal-bini, bl-uffiċjali ma jeskludux li se jinstabu ħafna aktar mejtin, meta l-iskwadri għall-emerġenza qed ifittxu qalb is-sezzjonijiet tal-kumpless. Dan meta d-dħaħen kbar baqgħu jfixklu l-isforzi tas-search and rescue fil-bini, b’uħud min-nies li għexu mill-esperjenza kerha jispiċċaw trattati l-isptar għall-effetti tad-duħħan.
Ingħad li n-nirien ‘tant ipproduċew dħaħen velenużi f’qasir żmien’ li ħafna nies fil-kumpless ma setgħux isegwu proċeduri għall-evakwazzjoni.
//= $special ?>


