Instabu l-fdalijiet tal-ewwel sottomarin navali tal-Awstralja wara tfittxija li damet għal 103 sena. L-HMAS AE-1kien l-ewwel sottomarin tal-Alleati li ntilef waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija meta għeb ‘il hinn minn Rabaul, f’Papua New Guinea, fl-14 ta’ Settembru tal-1914. L-ekwipaġġ tas-sottomarin kien magħmul minn 35 membru li kienu kollha Awstraljani u Britanniċi.
Intant, it-tlettax il-search mission għas-sottomarin kiseb ir-riżultat mixtieq fl-ibħra ‘il hinn mill-Gżejjer ta’ Duke of York ta’ Papua New Guinea. Min-naħa tiegħu, il-Gvern Awstraljan qal li s-sejba tas-sottomarin tikkonkludi ‘l-eqdem misteru navali’ tal-Awstralja.
Il-Ministru tad-Difiża tal-Awstralja, Marise Payne, sostniet li din kienet waħda mill-aktar sejbiet sinifikanti fl-istorja marittima tal-pajjiż. Hi qalet li t-telfa tal- HMAS AE-1 kienet traġedja sinifikanti għall-pajjiż u l-alleati tiegħu waqt il-bidu tal-Ewwel Gwerra.
Sadanittant, l-iskwadri li kienu qed ifittxu għas-sottomarin użaw drone speċjalizzat fiz-zona indikata, bil-fdalijiet tas-sottomarin jinstabu f’baħar fond madwar 300 metru.
//= $special ?>


