Il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ntgħażlet bħala l-Persuna tas-Sena tal-gazzetta influwenti Taljana La Repubblica. Il-gazzetta saħansitra ġġib tpinġija tal-ġurnalista fil-faċċata, u tiddedika wkoll l-editorjal dwar ir-raġunijiet għaliex Caruana Galzia ntgħażlet bħala l-Persuna tas-Sena 2017.
L-editorjal, miktub mill-ġurnalist popolari Taljan Roberto Saviano, jiddeskrivi lil Daphne Caruana Galizia bħala ġurnalista li mhux biss kienet tirrappreżenta s-saħħa li jista’ jkollha l-pinna, iżda wkoll bħala l-ġurnalista li ndunat li Malta qed issir ċentru għall-ħasil tal-flus.
La Repubblica anke ppubblikat ‘tweet’ li fih intqal li Daphne kienet il-personifikazzjoni tas-saħħa tal-kelma, li kienet kapaċi triegħed lill-Gvern u ġġiegħel lill-persuni fil-Gvern jirreżenjaw. Daphne, bħal ninfa – karattru mill-mitoloġija Griega – tant kienet tħobb il-libertá li trasformat ruħha fi pjanta biex tiddefendiha – itemm jgħid l-istess ‘tweet’.
Wara li nqatlet fis-16 ta’ Ottubru li għadda, il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ngħatat numru kbir ta’ rikonoxximenti għall-ħidma ġurnalistika tagħha – fosthom rikonoxximenti mill-Ġermanja u mill-Isvezja fost oħrajn. B’mod uffiċjali, Malta għadha ma rrikonoxxietx il-ħidma ta’ Daphne Caruana Galzia.
//= $special ?>.@robertosaviano: "Ecco perché #DaphneCaruanaGalizia è la persona dell’anno" https://t.co/oI0W3PQHi6 pic.twitter.com/Vk5myOgE2L
— la Repubblica (@repubblica) December 21, 2017