L-ewwel jum tax-xitwa kien dominat minn Maltemp qawwi kawża ta’ grigalata. Il-ġurnata hija karatterizzata minn riħ qawwi u mewġ qawwi – fosthom Marsamxett, fejn il-baħar tant kien qawwi, li s-sidien ta’ vetturi li kienu pparkjati mal-baħar ġew mitluba jneħħuhom.



