Steward Health Care, il-kumpanija li b’mod imminenti mistennija tixtri l-VHG, tiddeskrivi lilha innifisha bħala “l-akbar operatur ta’ sptarijiet privati fl-Amerika”.
Għalkemm il-kumpanija Amerikana tuża dan il-kliem biex tiddeskrivi lilha innifisha, wieħed irid jgħid li l-esperjenza li għandha f’dan is-settur tmur lura biss 7 snin. Aktar interessanti minn hekk huwa l-fatt li wara l-isem Steward Health Care hemm il-kumpanija finanzjarja Cerberus Capital Management, li bis-saħħa tagħha Steward Health Care akkwistaw l-isptarijiet li kienu jitmexxew mill-Arċidjoċesi ta’ Boston.
Fatt ieħor interessanti hu li xahrejn ilu Cerberus preżentaw offerta biex jixtru l-Alitalia.
Din is-sena Steward xtrat 8 sptarijiet f’daqqa f’Ohio, Pennsylvania, u Florida.
B’kollox Steward Health Care imexxu 36 sptar fil-komunita’ f’10 stati differenti, li ħafna minnhom huma sptarijiet żgħar. Din il-kumpanija Amerikana tħaddem magħha 37,000 persuna.
X’reputazzjoni għandha din il-kumpanija?
F’Mejju ta’ din is-sena Steward Health kienet f’nofs kontroversja wara li numru ta’ tobba ilmentaw minħabba nuqqas fil-ħlasijiet dovuti. Ġurnali Amerikani iddeskrivew din il-kontroversja bħala an ugly business dispute over MILLIONS of dollars in payments.
Dawn it-tobba kienu ingħaqdu mal-kumpanija Steward lura fl-2012 meta dak iż-żmien Steward Health Care kienet relattivament ġdida f’Massachusetts.
Reazzjonijiet għall-aħbar
Fuq Facebook, l-awditur irtirat Godfrey Leone Ganado stqarr illi dan il-ftehim huwa l-aħjar eżempju ta’ każ klassiku ta’ ħasil ta’ flus. “Dan jiġri meta titwaqqaf kumpanija (li f’dan il-każ hi l-VGH) u tisfaxxa wara sentejn. Imbgħad biex il-flus maħmuġin ma jibqax traċċa tagħhom il-kumpanija tinbigħ lil terzi.”
Il-MaltaToday użat it-titlu “Hello and Goodbye” sabiex tiddeskrivi dan il-falliment tal-proġett Vitals.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat, bi Tweet li għamel, ikkonferma li Steward Health qatt ma kellhom esperjenza ta’ investiment internazzjonali.
//= $special ?>