Il-diversi impenji tal-Kor Gaulitanus għall-żmien il-Milied għall-darba oħra jilħqu l-qofol tagħhom fl-ewwel jum tas-sena l-ġdida b’kunċert mużikali. Fil-fatt nhar il-Ħadd 1 ta’ Jannar il-kor Għawdxi se jtella’ s-6 edizzjoni tal-kunċert annwali A New Year’s Toast. Dan se jsir ġewwa l-lukanda Kempinski San Lawrenz, Għawdex u jibda fit-19.45. Id-dħul għall-kunċert huwa b’xejn.
Bħal dejjem se jiġi ppreżenat repertorju ferrieħi adattat għall-okkażjoni illi żgur se jissodisfa lil min jagħżel li jiftaħ is-sena b’din l-attivita’ mużikali. Bċejjeċ Natalizji bħal selezzjoni mill-oratorio The Story of Christmas tal-kompożitur Amerikan Henry Alexander Matthews u ‘medley’ speċjali kkompilata minn Colin Attard u intitolata Ding, dong! The Christmas bells are ringing! se jiġu alternati ma’ selezzjoni appellabbli ferm mill-opra popolarissima Carmen ta’ Georges Bizet. Ma’ dawn jiżdiedu wkoll xi numru strumentali.
Flimkien mal-Kor Gaulitanus se jingħaqdu s-solisti tiegħu kif ukoll xi mużiċisti ohra mistiedna. Jakkumpanja il-pjanist resident tal-kor Stephen Attard, b’direzzjoni mużikali u artistika tal-fundatur u direttur tal-kor Colin Attard.
L-attivita`, li se tittella’ bl-għajnuna tal-Kempinski, BOV u Playpen, se ssir ftit ġimgħat biss wara l-mawra suċċess li l-kor kellu ġewwa l-Lombardia, l-Italja, u se tagħlaq l-ewwel parti tal-istaġun 2017-18 tal-kor.
www.gaulitanus.com
gaulitanus@gmail.com / 77038971
//= $special ?>