Lokali

RITRATTI: Diversi dgħajjes jispiċċaw vittmi tal-maltemp

Kawża tal-maltemp u r-riħ qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin fl-aħħar siegħat, illum numru ta’ dgħajjes f’diversi żoni spiċċaw inħallew mill-ħbula u tkaxkru mal-blat mill-baħar qawwi.

Saru diversi avviżi biex il-pubbliku ma’ jħallix karozzi viċin il-blat, minħabba l-mewġ qawwi, u biex id-dgħajjes kemm hu possibbli ma’ jitħallewx fil-baħar.

Fortunatament is-sidien tad-dgħajjes kienu nfurmati permezz tal-midja soċjali u ttieħdet azzjoni biex ma’ tkomplix issir ħsara fuq id-dgħajjes.

MEWĠ QAWWI: Jintalbu jneħħu l-karozzi minn Marsamxett