Lokali

FILMAT: “Sirna nafu bil-bejgħ tal-Vitals minn rapporti fil-media” – Martin Balzan, MAM

F'kumment ma' netnews.com.mt is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija rreaġixxa għall-aħbar li l-VGH sfaxxat

Martin Balzan f’isem il-MAM, meta kkuntatjat minn Net News qal li l-Assoċjazzjoni saret taf dalgħodu bl-aħbar li l-VGH sfaxxat. Kien wara li ħarġet l-aħbar li kellhom laqgħa mal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, biex jinfurmhom li minflok Vitals Global Healthcare it-3 sptarijiet se jgħaddu għand kumpanija oħra li hi Steward Healthcare.

“Aħna iżjed minn hekk m’għandniex dettalji imma ġeja assigurati li dak diġa’ miftijhem mal-MAM se jiġi rispettat” – sostna s-Segretarju Ġenarali tal-MAM Martin Balzan.