“UNA SPLENDIDA CARTOLINA DA #Malta”.
Kien b’dan il-mod li l-kant-awtur Taljan Amedeo Minghi iddeskriva l-istudenti tal-Iskola Mater Boni Consilii St Joseph ta’ Raħal Ġdid – kor illi għall-kunċert tal-Milied għażel waħda mill-kanzunetta ta’ Minghi.
Amedeo Minghi tant kien impressjonat illi poġġa’ dan il-video tal-kanzunetta “Natale e’ qui” fuq il-Facebook Page personali tiegħu.
Il-Kap ta’ din l-istess skola, Kenneth Vella, irringrazzja lil Minghi għal dan il-ġest.
Preżenti għall-kunċert fis-St Joseph ta’ Raħal Ġdid kien hemm ukoll l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona.
Intant, fl-istess serata tnieda ktieb jismu ‘Nikber Miegħek’ li jikkonsisti f’mistoqsijiet mill-istudenti dwar il-fidi, liema mistoqsijiet ġew imwieġba mill-Arċisqof Emeritu.
//= $special ?>