Il-Prim Ministru Awstraljan, Malcolm Turnbull, qal li l-attakk tal-Ħamis f’Melbourne, fejn raġel saq karozza għal fuq folla nies u ħalla madwar 20 feruti, qed jitqies bħala reat xokkanti u fl-istess ħin, ‘inċident iżolat’.
L-attakk seħħ fi Flinders Street fiċ-ċentru ta’ Melbourne u l-pulizija mill-ġdid qalet li r-raġel responsabbli ( li kien arrestat fuq il-post) għandu storja twila ta’ mard mentali u abbuż tad-droga.
Waqt li ingħad li r-raġel mgħandu l-ebda rbit ma’ estremisti jew movimenti radikali, xejn, għalissa, mhu qed jiġi eskluż mill-awtoritajiet.
Meta l-investigazzjonijiet qed ikomplu, ingħad li r-raġel, ċittadin Awstraljan ta’ nisel Afgan, ‘attribwixxa parti mill-azzjoni għal dak li hu jqis bħala l-maltrattament tal-Musulmani’. Ir-raġel li qed jinżamm arrestat kien wasal l-Awstralja fuq bażi ta’ programm għar-refuġjati, b’Malcolm Turnbull itenni li ma jidhirx li hu seta kien involut fi kwistjonijiet politiċi.
//= $special ?>

