Minħabba l-maltemp li qed jolqot lill-gżejjer Maltin, numru ta’ vjaġġi skedati li jitilqu minn Għawdex lejn Malta ġew ikkanċellati – fejn bosta vapuri tal-Gozo Channel saħansitra telqu lura lejn Malta mingħajr ebda karozza jew passiġġiera abbord.
Nies li jinsabu l-Imġarr Għawdex għamlu kuntatt ma’ NET News, fejn qalu li bħalissa mhux qed isiru l-vjaġġi minn Għawdex lejn Malta. Wara li sar kuntatt mal-Gozo Channel, sar magħruf li għalissa l-kaptan mhux qed jara li l-kundizzjonijiet tat-temp mhumiex siguri biżejjed biex jitilgħu abbord il-passiġġiera u jsir il-vjaġġ li jaqsam il-fliegu tal-gżejjer Maltin.
Jidher li l-vapur qed jgħabbi l-passiġġiera minn Malta, iżda mhux qed jgħabbi minn Għawdex. Għaldaqstant minħabba l-maltemp ġew ikkanċellati numru ta’ vjaġġi tal-Gozo Channel.
//= $special ?>