“Il-Milied nagħmluh aħna lil xulxin. Jekk aħna nkunu qrib xulxin, jekk aħna nkunu preżenti għal xulxin – li nkunu parti minn ħajjet xulxin, u inti tilqagħani bħala parti minn ħajtek – u b’hekk nagħmlu Milied sabiħ” – kliem ta’ appell mill-Arċisqof Charles Scicluna waqt intervista fuq il-programm Bejn Tnejn.
Matul din l-intervista, l-Arċisqof Charles Scicluna appella għall-paċi fil-qalb ta’ kull bniedem.
Mistoqsi dwar għalfejn l-Arċisqof jitkellem fuq numru ta’ suġġetti li mhux bilfors ikunu direttament għandhom x’jaqsmu mal-Knisja u r-reliġjon.
L-Arċisqof tkellem ukoll dwar persuni li se jqattaw dawn il-festi waħedhom, u trid tkun is-soċjeta’ li jinkluduhom u jżuruhom.
Waqt l-intervista’ fuq Net Television, l-Arċisqof ukoll ta l-awguri tiegħu lill-poplu Malti u Għawdxi.
Wara l-intervista li saret fl-istudios ta’ Net Television, l-Arċisqof Charles Scicluna ltaqa’ ma’ numru ta’ ħaddiema ta’ Media.link Communications waqt li kienu fuq xogħolhom.
//= $special ?>
