Huwa mistenni li s-Sibt u l-Ħadd ikunu kkaratterizzati minn riħ ħafif għal moderat minn Majjistral it-Tramuntana, li jdur mill-Grigal is-Sibt u jsir ħafif mit-Tramuntana l-Ħadd. Min-naħa l-oħra, għal jum il-Milied huwa mbassar riħ moderat mill-Majjistral.
Kollox jindika li s-Sibt, il-Ħadd u t-Tnejn ser ikunu xemxin u mhix ser tagħmel xita. Minkejja dan, hija mistennija l-kesħa hekk kif il-mewġa ta’ temp frisk li laqat lill-gżejjer Maltin dan l-aħħar ser tkompli tippersisti.
Dawk li ser ikunu qed iduru għall-aħħar rigali jew jiċċelebraw f’attivitajiet festivi li ser isiru fil-miftuħ għandhom jitkebbu sew peress li l-ogħla temperatura ser tkun madwar is-17°C, iżda ser tinżel sa 7°C nhar is-Sibt 23 ta’ Diċembru.
Filwaqt li din it-temperatura mbassra jista’ jkun li tidher għolja meta mqabbla ma’ temperaturi taħt iż-żero mistennijin f’ċerti partijiet fl-Ewropa, ta’ min jinnota li hija 4°C aktar baxxa mill-medja għal dan iż-żmien tas-sena meħuda fuq 30 sena.
//= $special ?>
