L-Imsida tilfet lil Joseph Bouvet, veteran tal-Ġostra li kien ilu jipparteċipa fiha sa mindu kellu 12-il sena.
Il-Bouvet kellu 58 sena u sfortunatament ilu għall-aħħar snin jiġġieled mal-marda tal-kanċer. Kellu iżjed minn kanċer wieħed li sfortunatament affettwawlu wkoll saqajh bil-konsegwenza li spiċċa fuq siġġu tar-roti.
Iżda minkejja li kien għaddej minn din it-tbatija kollha, għall-aħħar sentejn Net News iltaqa’ ma’ Joseph Bouvet propju ħdejn l-arbu tal-Ġostra fl-Imsida, armat ta’ kull sena quddiem il-knisja.
Minkejja li ma setax jipparteċipa iżjed, u minkejja li saħħtu marret lura, f’Lulju li għadda sħabu tal-Ġostra tal-Imsida ma ħallewhx jibqa’ d-dar iżda marru għalih biex ikun preżenti għax kien meqjus wieħed minn tal-familja tagħhom.
“Xogħli kien li nħejji l-Ġostra u nidlek l-arblu bix-xaħam, biċċa xogħol iebsa,” irrakkuntalna Joseph f’Lulju li għadda, li qalilna li għalih, il-Ġostra hija l-mimmi t’għajnejh.
Kien qalilna li t-tama tiegħu hija li mqar jekk mis-siġġu tar-roti, jkun jista’ jgħix sena oħra biex igawdi Il-Ġostra. Iżda sfortunatament dan ma kellux ikun, bil-funeral tal-Bouvet li se jsir għada, fit-tmienja ta’ filgħodu fil-Knisja ta’ San Ġużepp tal-Imsida.
Lil Joseph insellmulu b’dawn iż-żewġ servizzi li saru minn Net News fis-sentejn li għaddew.
//= $special ?>FILMAT: Bid-dmugħ f’għajnejh, Joseph Bouvet jispjega għaliex ma jistax jibqa’ jikkompeti fil-Ġostra