Internazzjonali

Sanzjonijiet ġodda fuq il-Korea ta’ Fuq

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ivvota biex jimponi sanzjonijiet aktar iebsa fuq il-Korea ta’ Fuq komunista, bi tweġiba għall-aħħar provi tal-missili ballistiċi mir-reġim fi Pyongyang.

Ir-riżoluzzjoni li għaddiet l-Istati Uniti tinkludi miżuri biex inaqqsu drastikament l-importazzjoni tal-petrol mill-Korea komunista b’massimu ta’ 90 fil-mija.

Iċ-Ċina, li hi l-akbar sieħba kummerċjali tal-Korea ta’ Fuq, ivvutat favur ir-riżoluzzjoni.

Dan meta l-Korea ta’ Fuq hi suġġetta diġà għal sensiela ta’ sanzjonijiet mill-Istati Uniti, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Ewropea.