Lokali

Is-sena 2018 bi prodotti ta’ aktar kwalità fuq il-media tal-PN

Bħal kull sena sar il-festin tal-Milied ta’ Media.link Communications fejn il-ħaddiema kollha ta’ NET Television, Radio 101, netnews.com.mt u l-gazzetta in-Nazzjon u l-mument jiltaqgħu biex flimkien jiċċelebraw dan iż-żmien tas-sena.

Għal din l-attività attendew ukoll l-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista. F’kelmtejn tal-okkażjoni il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia filwaqt li tal-awgurju lill-ħaddiema, saħaq li s-sena li ġejja se tkun sena importanti għall-Partit Nazzjonalista u anke għall-media.link Communications.

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli filwaqt li rrikonoxxa l-ħidma li ssir hu semma kif is-sena 2018 se tkun waħda li se tkompli tara lill-Partit Nazzjonalista jkun aktar pożittiv li joffri lill-pajjiż oppożizzjoni b’saħħitha.

Iċ-Chairman Eżekuttiv ta’ media.link Communications Pierre Portelli fisser kif għal media.link is-sena 2018 se tfisser sena ta tibdil li se jwassal għall-prodott aħjar li jiġi offrut lit-telespettaturi.