Tliet snin ilu Steward Health Care kienet fiċ-ċentru ta’ kontroversja kbira meta t-tmexxija iddeċidiet li taqbad u tagħlaq l-uniku sptar li kien hemm f’Quincy.
Il-belt ta’ Quincy tinsab fin-nofsinhar ta’ Boston, u allura fil-qalba tal-Istat ta’ Massachusetts.
Il-mossa li jingħalaq il-Quincy Medical Centre fisser li 90,000 ruħ li jgħixu f’dan is-subborg ta’ Boston spiċċaw bla sptar.
Din hi biss waħda mid-diversi kontroversji li iċċirkondaw il-kumpanija Steward fl-aħħar 7 snin – kumpanija li l-moħħ warajha hi d-ditta finanzjarja Cerberus Capital Management.
//= $special ?>