Il-kumpanija li xtrat tlieta mill-isptarijiet ewlenin f’pajjiżna għadha ma għamlet l-ebda stqarrija uffiċjali fuq il-website tagħha. Dan hekk kif issa għaddew aktar minn 24 siegħa minn mindu ġiet uffiċjalizzata l-aħbar illi Steward Health Care ħadu f’idejhom it-tmexxija ta’ dawn l-isptarijiet mingħand il-Vitals Global Healthcare (VGH).
Intant sal-bieraħ filgħodu l-kumpanija VGH kienet qed tgħid li “għadhom għaddejin in-negozjati”. Dan meta skont il-Ministru, il-ftehim ma’ Steward Health Care ġie iffirmat il-lejl ta’ qabel, fid-9:30pm.
Apparti minn dan, kif jixhed email li qed jiġi żvelat hawn taħt mis-sit elettorniku tagħna, il-kelliema tal-VGH tirreferi għall-kumpanija Amerikana bħala “Stewart”.
//= $special ?>