Nhar il-Milied aktar minn 500 persuna diġa kkonfermaw l-attendenza tagħhom għall-ikla ta’ nofsinhar li torganizza l-Caritas.
L-ikla ilha tiġi organizzata għal dawn l-aħħar tliet snin u tkun miftuħa għal dawk li ma jkollhomx ma min iqattgħu dan il-jum speċjali.
Għal din l-ikla kollox jinsab lest, kif iddikjara l-Arċisqof Charles J Scicluna stess permezz ta’ twitter.




