Lokali

FILMAT: Jekk se tixrob… issuqx!

Gawdi l-Festi, gawdi l-ħajja.

Il-kampanja tal-Pulizija biex ma jsirx sewqan taħt l-effett ta’ xorb alkoħoliku tkompli tirpilja.

Aktar milli jiskoraġixxu n-nies milli ma jikkonsmawx xi grokk għal żmien il-festi, il-Pulizija qed iħajjru l-pubbliku jużaw mezzi alternattivi ta’ trasport flok il-karrozza personali. Huwa tajjeb li f’dawn iż-żminijiet wieħed jieħu gost iżda mhux għad-detriment ta’ ħaddieħor u tiegħu nnifsu.

Ix-xorb alkoħoliku mhux biss jaffettwa r-riflessi u l-viżta li jistgħu jkunu ta’ perikli waqt is-sewqan, iżda wieħed jista’ jekk jinqabad isuq taħt din l-influwenza jeħel penali ta’ €1200 l-ewwel darba u tnaqqis sa massimu ta’ 11-il punt. Wieħed tista’ titteħidlu l-liċenzja jekk jinstab li jkun saq b’mod perikoluż jew joqtol lil xi ħadd taħt l-istess influwenza.