Il-Grupp Armar tal-Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun qed jorganizza wirja ta’ Presepju lifesize fil-maħżen tal-istess grupp wara l-knisja tal-Kunċizzjoni fil-Ħamrun. Tkellimna ma’ Francine Borg f’isem il-Grupp Armar fejn qaltilna aktar dwar din l-esebizzjoni. Qaltilna li l-artist ta’ dawn l-istatwi huwa Adonai Camilleri Cauchi u li dawn l-istatwi ħadu bosta unuri kemm fil-gżira Għawdxija u kif ukoll Malta.
Iżda x’għandu differenti dan il-presepju mis-soltu? Segwi l-filmat għal aktar.
Il-wirja u se tibqa’ miftuħa sas-6 ta’ Jannar bejn il-5 ta’ filgħaxija u 9 ta’ filgħaxija. Il-wirja se tkun miftuħa wkoll Lejliet il-Milied, fil-Milied, Lejliet l-Ewwel tas-Sena u nhar l-Ewwel tas-Sena.
//= $special ?>