Internazzjonali

Imxejjen attakk terroristiku għall-Milied f’San Francisco

Il-FBI arrestat lil Everitt Aaron Jameson ta’ 25 sena fuq is-suspett li kien se jwettaq attakk terroristiku f’San Francisco f’Jum Il-Milied. Jameson, eks Marine Amerikan, inqabad wara li tkellem ma’ aġenti sigrieti tal-FBI li kien qed ihejji attakk.
Jidher li fil-mira kellu Pier 39, zona turistika popolari ħafna.
Fi tfitxija fir-residenza tiegħu nstabu armi, testment kif ukoll ittra li fiha jieħu r-responsabbilta għall-attakk.