Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca akkompanjata mis-Sur Edgar Preca żaret il-Head Office tal-Bank of Valletta f’Santa Venera biex tosserva l-għażla u l-għadd tal-muniti miġbura permezz tal-Kampanja ta’ L-Istrina BOV Piggy Bank. Il-President u s-Sur Preca ntlaqgħu miċ-Chairman tal-Bank Deo Scerri u mill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv Mario Mallia.
Din kienet l-14-il edizzjoni tal-Kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank.
Din l-aħħar fażi tal-Kampanja tinvolvi lill-impjegati tal-BOV u lill-voluntiera tal-MCCFF li jaħdmu flimkien biex jagħżlu d-donazzjonijiet miġbura minn kull skola Primarja u Sekondarja madwar Malta u Għawdex.
Is-somma finali miġbura permezz tal-Kampanja ta’ L-Istrina BOV Piggy Bank se tiġi ppreżentata lill-President ta’ Malta matul ix-xandira diretta ta’ L-Istrina fis-26 ta’ Diċembru 2017.
//= $special ?>

