Il-mexxejja tal-pajjiż waslu l-awgurju tal-Milied lill-Maltin u l-Għawdxin, fi tnedija tal-kampanja Milied Flimkien. Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, il-Prim Mistru Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, l-ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia u l-Arċisqof Charles J Sciculna komplew din it-tradizzjoni li bdiet fis-snin tmenin.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fid-diskors tiegħu saħaq li l-Milied ifisser tama. Saħaq li għandna niftakru fl-istorja ta’ tarbija li twieldet biex iwassal dan il-messaġġ ta’ tama, speċjalment fil-politika. Adrian Delia sostna li l-politika ma tfissirx mibgħeda, imma tista tkun mezz sabiex taqqgħad, bħal Milied Flimkien.
L-Arċisqof Charles J Scicluna wassal messaġġ reliġjuż fejn fakkar it-tradizzjoni ta’ lejlet il-Milied, il-priedka tat-tifel. Huwa qal li l-paċi hu rigal tal-Mulej sabiex inkunu nies ta’ rieda tajba. Huwa appella ukoll sabiex ma ninsewx lil dawk li ma jistgħux igawdu l-Milied bl-istess mod.
L-Ispeaker tal-Kamra tad-deputi, Anġlu Farrugia tkellem dwar ir-rispett u sostna li ir-rispett għandu jibqa’ japplika għal matul is-sena kollha.
Il-Prim Ministu Joseph Muscat minn naħa tiegħu tkellem dwar il-Malta Community Chest Fund u l-importanza tagħha sabiex in-nies li qiegħdin fil-bżonn ma’ jispiċċawx vittmi tas-sistema. Huwa appella sabiex ma’ nħarsux biss lejn il-Milied iżda niftakru ukoll fl-għada tal-Milied, l-Istrina.
Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca qalet li żmien il-Milied jiġi ukoll għal żmien ta’ riflessjoni. Sostniet li ma nistgħux nimxu ‘l quddiem jekk ninsew il-valuri tagħna.
Il-messaġġ tal-President wassluh erbat itfal. Huma qalu li l-Milied u l-valuri li jġib il-Milied għandhom ikunu matul is-sena kollha.
//= $special ?>