Fil-Filippini x’aktarx li mietu għexieren ta’ nies fost nirien li qerdu kumpless kummerċjali fil-belt ta’ Davao, lejn in-nofsinar tal-pajjiż.
Dan wara li l-iskwadri għall-emerġenzi damu s-sigħat jikkumbattu lin-nirien li qabdu fit-tielet sular u nfirxu madwar il-kumpless, bir-riżultat li l-fjammi iżolaw numru ta’ impjegati f’sezzjoni tal-bini partikulari.
Il-kawża tan-nirien qed tkun investigata u l-awtoritajiet f’Davao ftit jemmnu li setgħu salvaw impjegati fit-taqsima tal-call-centre fejn il-periklu kien l-akbar.
//= $special ?>

