Iz-Zoo ta’ Londra reġa’ infetaħ wara li mietu numru ta’ annimali fost nirien li qabdu f’taqsima partikulari u meta sfaw midruba wħud mill-istaff tal-kumpless.
Il-kawża tan-nirien fiz-zona tat-tfal għadha mhix magħrufa, wara li għexieren ta’ firefighters ikkontrollaw il-fjammi li ħakmu s-sezzjoni tal-Animal Adventure u li mbagħad infirxu lejn ħanut fil-viċinanzi.
Talanqas persuna spiċċat l-isptar b’riżultat tal-ġrieħi li ġarrbet min-nirien waqt li għaxra oħra kienu trattati fl-inħawi tal-kumpless.
//= $special ?>

