Internazzjonali

Ir-Russja: Determinat li jisfida lil Putin għall-Presidenza

Il-politiku tal-Oppożizzjoni Russa Alexei Navalny qal li kiseb biżżejjed nominazzjonijiet biex jisfida lill-President attwali tar-Russja, Vladimir Putin, fl-elezzjoni ta’ Marzu għall-Presidenza tal-pajjiż.

Is-sostenituri ta’ Navalny iltaqgħu f’20 belt tar-Russja biex jaċċertaw mill-firem meħtieġa, iżda hemm il-probabbiltà li Navalny ma jikkuntestax l-elezzjoni wara li l-uffiċjali elettorali ddikjarawh ineliġibbli minħabba li kien ikkundannat għal korruzzjoni.

Min-naħa tiegħu, Navalny qed jgħid li l-kundanna tiegħu kienet motivata minn skop politiku u, waqt diskors f’Moska, fisser lil Vladimir Putin bħala ‘President ħażin għar-Russi’. Navalny anki sostna li għandu jsejjaħ bojkott tal-elezzjoni f’każ li hu jinżamm milli jikkuntesta.