Missier u iben se jqattgħu l-Milied il-ħabs wara li llum tressqu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati akkużati b’użura – bit-talba tagħhom għal-liberta’ proviżorja ma ġietx milqugħa.
Huma tressqu akkużati li talbu rati eċċessivi ta’ interessi fuq self, li kważi wasslu biex wħud mill-vittmi tal-użura kienu se jagħmlu suwiċidju.
Anthony Galea ta’ 55 sena u t-tifel tiegħu Gilbert ta’ 26 sena miż-Żurrieq intalbu jispjegaw kif raġel kien se jagħmel suwiċidju wara li ssellef somma ta’ €7,500 mingħandhom. Sar magħruf li din is-somma spiċċat telgħet għal aktar minn €220,000 minħabba l-interessi li imponew il-missier u l-iben. Madanakollu, quddiem il-Maġistrat Grazio Mercieca, instema’ kif din is-somma mitluba minn Anthony u
Gilbert Galea mbagħad niżlet għal €150,000.
Anthony u Gilbert Galea ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom, iżda xorta waħda se jinżammu arrestati. L-avukati Arthur Azzopardi u Alfred Abela dehru f’isem il-missier u l-iben, filwaqt li l-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia dehru parte civile.
//= $special ?>