Sport Sport Ieħor

Nadal mhux se jieħu sehem fl-ewwel tournament tal-istaġun

Rafael Nadal fl-2017 rebaħ l-Open ta' Franza u l-Open tal-Istati Uniti

It-tennist Spanjol Rafael Nadal irtira mill-ftuħ tal-istaġun f’Abu Dhabi minħabba li għadu jrid jirkupra fiżikament. Is-16-il darba champion ta’ Grand Slam, din is-sena rebaħ l-Open ta’ Franza kif ukoll dak tal-Istati Uniti, iżda rtira mill-finali ATP f’Novembru wara problemi fl-irkoppa, fit-telfa li sofra kontra l-Belġjan David Goffin.

Nadal li għandu 31 sena fil-passat ħa sehem fit-tournament fi tmien okkażjonijiet, u se jkun qed jiġi mibdul mill-kompatrijott Roberto Bautista. “Kienet sena iebsa u rrid naffronta l-kalendarju b’mod differenti biex inkun preparat. Għal din ir-raġuni, infurmajt lill-organizzaturi li mhux se nilgħab din id-darba f’Abu Dhabi.”

Stanislav Wawrinka u Milos Raonic ukoll irtiraw minn dan it-tournament li se jsir bejn it-28 u t-30 ta’ Diċembru. L-ewwel Grand Slam tal-istaġun ikun l-Open tal-Awstralja li jibda fil-15 ta’ Jannar.

Tags