Internazzjonali

Problemi tas-saħħa għal eks President tal-Peru

L-eks President tal-Peru, Alberto Fujimori, kien ittrasferit mill-ħabs lejn l-isptar minħabba li qed ibati minn problemi f’qalbu u pressjoni baxxa.

It-trasferiment sar wara li t-tobba qalu li l-eks President ta’ 79 sena jinsab fi bżonn urġenti ta’ trattament.

Fujimori, li kien fil-poter bejn l-1990 u l-2000 qed jiskonta 25 ħabs għal abbużi tad-drittijiet umani. Filwaqt li għad hemm min jammira lil Fujimori talli ġġieled fit-tul kontra r-ribelli Maoisti, il-kritiċi tiegħu fil-pajjiż għadhom qed jikkunsidrawh bħala dittatur korrott.