Lokali

Żewġ żgħażagħ l-isptar, wieħed gravi, wara inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa

Żagħżugħ ta’ 27 sena spiċċa l-isptar bi ġrieħi gravi wara li dal-lejl tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq u daħal f’parapett ta’ residenza.

Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.10am fi Triq Ħal Qormi f’Ħal Luqa.

Iż-żagħżugħ, residenti Ħal Qormi, kellu miegħu passiġġiera ta’ 25 sena li wkoll toqgħod Ħal Qormi.

Huma ttieħdu Mater Dei, fejn iż-żagħżugħ ġie ċċertifikat bil-ġrieħi msemmija, filwaqt li t-tfajla sofriet ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija qed tinvestiga.