Il-Gwatemala ngħaqdet mal-Istati Uniti biex ħabbret li se tkun qed tiċċaqlaq l-Ambaxxata minn Tel Aviv għal Ġerusalemm.
Il-ġimgħa li għaddiet il-Gwatemala kienet fost id-disa’ pajjiżi li vvutaw kontra rizoluzzjoni fin-Nazzjonijiet Uniti biex l-Istati Uniti tirtira l-għarfien ta’ Ġerusalemm bħala kapitali ta’ Iżrael.
Il-President tal-Gwatemala Jimmy Morales ħabbar dan wara li tkellem bit-telefone mal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu.
//= $special ?>


