Lokali

Matul il-lejl li għadda il-Pulizija waqfet 755 karozza; 2 sewwieqa biss kienu taħt l-effett tal-alkoħol

Arkivji

Matul il-lejl li għadda u f’Jum il-Milied waqt diversi kontrolli li wettqet il-Pulizija f’diversi lokalitajiet madwar Malta, twaqfu 755 karozza.

Minn dawn is-755 karozza, instab li żewġ sewwieqa kienu taħt l-effett tal-alkoħol, 29 kienu mingħajr ċintorin tas-sigurta’, 8 persuni kienu qed jużaw il-mobile waqt is-sewqan u 8 persuni kienu qed isuqu mingħajr liċenzja tas-sewqa valida, dawn fost ksur ta’ diversi regolamenti oħra.

Il-kontrolli mill-Pulizija saru f’Baħar iċ-Ċaghaq, Burmarrad, Mosta, Naxxar, San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, Pembroke, Paceville, il-Belt Valletta, Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, Ħal Luqa u ż-Żejtun.