Lokali

Titħabbar il-mewt ta’ Maria Dolores; il-mara nieqsa mid-dawl li tat id-dar tagħha lil dawk fil-bżonn

F’Jum il-Milied tħabbret il-mewt ta’ Maria Dolores, il-mara nieqsa mid-dawl u li s-sena l-oħra tat id-dar tagħha biex fiha jingħataw l-għajnuna dawk fil-bżonn. Filfatt id-dar fi Fleur de Lys f’Birkirkara infetħet u qed tilqa’ fiha nisa u xi drabi tfal li jsibu ruħhom bla dar u ssemmiet appuntu Dar Maria Dolores.

Maria Dolores, li kellha 93 sena, tibqa’ mfakkra wkoll għall-imħabba kbira li kellha għal żmien il-Milied u inċidentalment mietet f’Jum il-Milied.

Is-sena li għaddiet, Maria Dolores kienet iddedikat ħin twil ukoll tirrispondi t-telefonati fl-Istrina.

Dwar il-mewt ta’ Maria Dolores kitbet ukoll il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Hi ddeskriviet lil Doris bħala xempju ħaj ta’ xi tfisser il-ġenerożita’, xi tfisser li taħseb f’ħaddieħor u xi jfisser li tħobb il-fqir u li tagħti li għandek.

Filmat: Xarabank