Ħames persuni tilfu ħajjiethom wara li karozza tal-linja f’Moska, il-kapitali Russa, ħarġet mit-triq u baqgħet niżla t-taraġ ta’ stazzjon tal-metro. Dak ta’ Slaviansky Boulevard fil-Punent ta’ Moska. Il-kawża m’hix magħrufa imma m’hemmx suspetti ta’ terroriżmu. Skont ix-xuffier jidher li għal xi raġuni l-brakes ma ħadmux.
Apparti mill-mejta hemm 15-il persuna li ndarbu.
//= $special ?>