Żagħzugħ ta’ 20 sena minn B’Bugia ttieħed l-isptar Mater Dei wara li kmieni dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq tal-Barrani fiż-Żejtun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5a.m. meta seħħ impatt bejn il-karozza taż-żagħżugħ u vann misjuq minn raġel ta’ 57 sena.
Sa issa mhux magħrufa l-kundizzjoni taż-żagħżugħ, waqt li s-sewwieq tal-vann ma’ sofra l-ebda ġrieħi.
Għajr dan l-inċident, kelliem għall-Pulizija qalilna li matul il-lejl li għadda l-inċidenti li kienu rrapurtati, fortunatament kienu żgħar ħafna.
//= $special ?>