Internazzjonali

Il-Liberja: Jagħżlu bejn il-Viċi-President u l-eksfutboler Weah

Il-poplu tal-Liberja vvota għal President ġdid fejn kellhom jagħżlu bejn il-Viċi-President Joseph Nyma Boakai u l-eksplejer tal-futbol rinomat, George Weah, li kellu karriera brillanti fl-Ewropa ma’ timijiet bħal AC Milan, Monaco u Paris St Germain.

Dan kien ir-round deċiżiv tal-elezzjoni wara li Weah kien rebaħ l-ewwel fażi mingħajr ma aċċerta mill-50 fil-mija tal-vot biex ikun ikkonfermat President tal-Liberja.

Intant, numru ta’ sfidi legali tefgħu lura l-vot għas-suċċessur ta’ Ellen Johnson Sirleaf, li hi l-ewwel mara li qatt kienet eletta President f’dan il-pajjiż.

Il-Liberja ma għaddiet qatt minn trasferiment ta’ poter mingħajr intoppi tul dawn it-73 sena. Intant,  ‘il fuq minn żewġ miljuni kienu eliġibbli biex jivvutaw għall-President din id-darba, bir-riżultati tal-elezzjoni se  jingħataw fi ftit jiem oħra.