Lokali

Illum l-Istrina: festa oħra ta’ ġenerożità

NET Telvision qed jagħti s-sehem tiegħu wkoll billi jxandar din il-Maratona

S’issa nġabru ‘il fuq minn €3,297,000. Dan wara li fil-12.15 ta’ waranofsinhar, bdiet l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Maratona L-Istrina.

Grazzi għal din il-Maratona, il-poplu Malti u Għawdxi qed jerġa’ jintalab jagħmel espressjoni ta’ ġenerożità, li qed tinżamm fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop. Il-Maratona se tinfetaħ mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, fil-preżenza wkoll tal-Prim Ministru Joseph Muscat u tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.

F’sens ta’ solidarjetà, NET Telvision qed jagħti s-sehem tiegħu wkoll billi jxandar din il-Maratona, li se tibqa’ għaddejja sa 12am.

Dan hu Katriel, wieħed mit-tfal li se jkun qed jaħdem b’risq l-istrina biex jinġabru l-flus b’risq persuni bħalu: