Futbol Sport

Organizzat it-turnament tradizzjonali mill-Għaqda Ġurnalisti Sports

L-erba’ timijiet li kkompetew kontra xulxin

L-element ta’ solidarjetà kien il-fattur ewlieni fit-turnament kwadrangolari li huwa tradizzjon l-għada tal-Milied organizzat mill-Għaqda Ġurnalisti Sport fejn l-għan ewlieni kien li jinġabru fondi b’risq l-Istrina u l-Community Chest Fund.

F’dan it-turnament ħadu sehem timijiet tal-Għaqda Ġurnalisti Sport, tal-assoċjazzjoni tal-kowċis fi ħdan l-MFA, tar-referees tal-MFA u tal-istaff tekniku tal-MFA.

Preżenti għal din l-attività kien hemm il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca li filwaqt li ferħet lil dawk li pparteċipaw f’din l-inizzjattiva ta’ solidarjetà, irringrazzjat tal-impenn li dawk fl-azzjoni qed iwettqu fi ħdan l-isport Malti.

Preżenti wkoll kien hemm is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport Clifton Grima.
Sitt partiti li matulhom it-tim tal-kowċis temm it-turnament fl-ewwel post bi tliet rebħiet wara li għelbu 3-0 lit-tim tal-MFA, 4-1 lill-ġurnalisti u 2-0 lit-tim tar-referees b’Zach Tanti mill-istess tim tal-kowċis jispiċċa bħala l-aqwa skorer b’erba’ gowls.

Fl-istess tim tal-kowċis spikkaw l-eksplejers Brian Said, Alex Azzopardi u Rupert Mangion filwaqt li fit-tim tal-istaff tekniku tal-MFA ma naqsitx il-preżenza ta’ Ray Zazu Farrugia, Edwin Camilleri, Noel Turner, Silvio Vella, Charles Sciberras kif wkoll l-uffiċjali Matthew Paris u Angelo Chetcuti.

It-tim tal-Għaqda Ġurnalisti Sports wara li fetaħ b’rebħa ta’ 2-0 fuq ir-referees tilef bl-iskor identiku ta’ 4-1 kontra l-kowċis u l-MFA filwaqt li t-tim, tar-referees irnexxielu jegħleb lit-tim tal-MFA bl-iskor ta’ 2- 0.

Fi tmiem it-turnament Sandro Micallef, President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports ippreżenta t-trofew lill-captain tal-kowċis Brian Said.