“Pajjiż ma jitkejjilx b’kemm hu kbir – imma b’kemm hija kbira qalbu u kemm kapaċi jagħti, jħenn u jaħseb f’dawk li l-aktar għandhom bżonn. Għalhekk, l-appell tiegħi hu li llum rridu nuru kemm aħna pajjiż b’qalb kbira” – kliem il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fil-ftuħ tal-Istrina.
Wara li għamel dan l-appell fil-ftuħ tal-maratona, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia akkumpanjat mill- mara tiegħu Nickie Vella de Fremeaux marru jirrispondu t-telefonati bid-donazzjonijiet tal-poplu Malti flimkien ma’ numru ta’ persuni u qraba li kienu jew qegħdin fi żminijiet diffiċli. Il-mara tal-Kap tal-Oppożizzjoni tat il-messaġġ tagħha wkoll.
Eżatt wara l-ftuħ tal-maratona, NET News ħa r-reazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni ftit wara li tkellem ma’ Samuel u Katriel żewġt itfal li wara li ġew bżonn il-fondi tal-Istrina – llum marru jagħtu l-għajnuna huma.
Adrian Delia wkoll tkellem dwar uħud mill-istejjer emozzjonanti li sema’ waqt li kien qiegħed jirrispondi t-telefonati fl-Istrina.
Waqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kien qiegħed il-maratona tal-Istrina, hu ltaqa’ ma numru ta’ persuni li kienu qegħdin jgħinu fl-organizazzjoni tal-Istrina b’mod volontarju.
Ara l-messaġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-ftuħ tal-maratona:
//= $special ?>