Tfajla ssofri feriti ta’ natura gravi wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku bil-quad bike. Flimkien magħha, kien hemm żagħżugħ li sofra ġrieħi ħfief.
Skont informazzjoni li waslet għand NET News, jidher li kien hemm grupp ta’ żgħażagħ li kienu qegħdin isuqu l-quad bikes fuq il-Pont Manwel Dimech – meta għal xi raġuni tilfu l-kontroll tal- quad bike tat-tip Kymco u seħħ l-inċident.
Mal-ewwel fuq il-post mar tim mediku sabiex jassisiti li ż-żewġ żgħażagħ involuti fl-inċident tat-traffiku, flimkien ma’ uffiċjali tal-Pulizija li għal xi ħin għalqu karreġġjata waħda tal-pont ta’ Triq Mikiel Anton Vassalli f’ San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9 ta’ filgħodu, fejn wara li ttiedħu lejn l-isptar Mater Dei, ż-żagħżugħ ta’ 30 sena residenti l-Mosta ġie ċ-ċertifikat li sofra ġrieħi ħfief, filwaqt li ż-żagħżugħa ta’ 27 residenti San Ġwann sofriet ġrieħi ta’ natura gravi.
//= $special ?>