Qorti

Traffikant tad-droga jinstablu filmat pornografiku tat-tfal fuq il-mobile tiegħu

L-akkużi fil-konfront ta’ Niġerjan li kien arrestat fuq akkużi ta’ traffikar tad-droga se jiżdiedu wara li fuq il-mobile tiegħu nstab filmat ta’ pornografija tat-tfal.

Il-filmat fuq il-mobile ta’ Celestine Ejike Ezeonyilimba ta’ 42 sena nstab wara li tqabbad espert tal-Qorti biex janalizza l-mobile tal-akkużat.

Fl-awla, quddiem il-Maġistrat Natasha Galea, l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Dennis Theuma avża lill-akkużat b’dak misjub fuq il-mobile tiegħu, bir-raġel li mmedjatament ċaħad u qal li impossibbli.

Il-każ issa se jgħaddi għand ir-reġistrar tal-Qorti biex jiżdiedu l-akkużi u jiġi assenjat kif stipulat mil-liġi.