Ajruplan Business Jet li kien ipparkjat f’Park no.4 tal-Ajruport f’Ħal Farruġ, ġie imbuttat bir-riħ qawwi li qed jaħkem il-gżejjer Maltin illejla.
L-ajruplan tat-tip Dassualt Falcon 7X spiċċa tkaxkar barra mir-reċint tal-ajruport għal ġo binja fil-viċin. Ftit ‘il bogħod bħalissa għaddej riċeviment li għalih qed jattendu mat-3,000 persuna.
Fortunatament ħadd ma weġġa f’dan l-inċident.
(Filmati u Ritratti: Reuben Caruana)
//= $special ?>